SEMINAR F’GĦELUQ IL-100 SENA MIL-MEWT TAL-B. CHARLES TA’ ĠESÙ (DE FOUCAULD)
Fl-Okkażjoni tal-100 sena mill-Mewt tal-Beatu Charles de Foucauld, il-Carmelite Institute Malta qed jorganizza seminar bejn l-24 u s-26 ta’ Frar. Is-Seminar huwa parti mill-kurrikulu tas-Sena Akkademika 2016 – 2017 fl-Istitut Karmelitan u huwa miftuħ għal kulħadd.
Għal daktar dettalji, min hu nteressat jikkuntattjana permezz tal-email jew telefon. Il-Programm dettaljat tas-Seminar jintbagħat lil dawk li japplikaw għalih.
Is-Seminar, li se jkun jinkludi wkoll mumenti ta’ talb, jitmexxa mis-Sur Michael Mercieca, TOK. Is-Sur Mercieca huwa ggradwat fit-Teoloġija Spiritwali (speċjalizzazzjoni Karmelitana) u kiteb it-teżi tiegħu fuq L-Abbandun f’Alla fl-Ispiritwalità ta’ Charles de’ Foucauld u Tereża tal-Bambin Ġesù.
CHARLES DE FOUCAULD
SEMINAR
SEMINAR
Programm
Il-Ġimgħa 24 ta’ Frar: Sessjonijiet introduttorji
07.00pm L-Ewwel Sessjoni
07.45pm Pawsa
08.00pm It-Tieni Sessjoni
08.45pm Pawsa
09.00pm Adorazzjoni fis-skiet b’għajnuna ta’ testi
09.20pm Għeluq
07.45pm Pawsa
08.00pm It-Tieni Sessjoni
08.45pm Pawsa
09.00pm Adorazzjoni fis-skiet b’għajnuna ta’ testi
09.20pm Għeluq
Is-Sibt 25 ta’ Frar: Temi tal-Ispiritwalità u l-Kitbiet ta’ Charles de Foucauld – 1
09.30am L-Ewwel Sessjoni
09.45am Pawsa
10.00am It-Tieni Sessjoni: Qari fil-Kwiet ta’ Testi magħżula
10.45am It-Tielet Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
11.30am Pawsa
11.45am Quddiesa
12.30pm Ikel ta’ Nofsinhar
02.30pm Ir-Raba’ Sessjoni
03.15pm Pawsa
03.30pm Il-Ħames Sessjoni
04.15pm Adorazzjoni fis-skiet b’għajnuna ta’ testi

Il-Ħadd 26 ta’ Frar: Temi tal-Ispiritwalità u l-Kitbiet ta’ Charles de Foucauld – 2
08.30am Quddiesa
09.30am Is-Sitt Sessjoni
10.15am Pawsa
10.30am Is-Seba’ Sessjoni
11.15am Qari fis-skiet
11.45am It-Tminn Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
12.30pm Adorazzjoni fis-Skiet
01.00pm Tmiem
10.15am Pawsa
10.30am Is-Seba’ Sessjoni
11.15am Qari fis-skiet
11.45am It-Tminn Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
12.30pm Adorazzjoni fis-Skiet
01.00pm Tmiem
*Imexxi s-Seminar is-Sur Michael Mercieca, TOK.
*Is-Seminar hu bla ħlas. Madanakollu napprezzaw donazzjoni biex inkopru l-ispejjeż.
*Importanti li min jieħu sehem joqgħod ukoll għall-adorazzjoni fis-skiet quddiem l-Ewkaristija. Dawn il-mumenti ta’ talb jgħinuna wkoll nixorbu mill-ispirtu tal-Beatu Charles de’ Foucauld f’dan il-mod tiegħu ta’ talb għal qalbu.
*Waqt is-seminar ikun hemm il-pawsiet għall-kafè u gallettini. Għall-ikel ta’ nofsinhar kulħadd jaħseb għalih. Hemm il-possibilità tal-ikel fir-restaurant tal-kunvent Al Convento. Fl-inħawi wkoll hawn diversi stabbilimenti fejn wieħed jista’ jitrejjaq.
*Il-programm dettaljat bit-temi tas-sessjonijiet jingħataw il-Ġimgħa 24 ta’ Frar lil min ikun qed jieħu sehem.
*Min se jieħu sehem tajjeb li javża minn qabel.